Lokali

Ikkanċellati t-titjiriet tal-Ħamis bejn Malta u Pariġi kaġun ta’ strajk

KM Malta Airlines ħabbret li kellha tħassar it-titjiriet tal-Ħamis minn Malta għall-ajruporti ta’ Charles De Gaulle kif ukoll Orly kaġun ta’ strajk li se jsir fi Franza.

Madankollu l-linja tal-ajru qalet fi stqarrija, li t-titjira lejn Lyon se ssir iżda se jkun hemm dewmien ta’ madwar siegħa u għoxrin minuta.

Wieħed jista’ jagħmel kuntatt mal-linja tal-ajru billi jċempel 2135 6000 jew jidħol fuq is-sit tal-KM Malta Airlines sabiex ibiddel it-titjira jew jieħu l-flus lura.