Lokali

Il-ħidma tal-PN fl-Imtarfa tħalli l-effett tagħha

Il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fl-Imtarfa qed tħalli l-effett tagħha, hekk kif wara pressjoni ta’ numru ta’ deputati Nazzjonalista fil-Parlament, flimkien ma’ kunsilliera u kandidati għall-Kunsill Lokali tal-Imtarfa, iċ-Ċentru Terapewtiku tat-tfal bi problemi ta’ attitudni mhux se jkun qed isir fl-Imtarfa.

Dan hekk kif fl-aħħar jiem sar magħruf illi minkejja l-pjanijiet tal-Gvern sabiex isir f’din il-lokalità, il-Gvern issa mhux ħa jkun qed jibni dan iċ-ċentru għat-tfal.

Il-kunsillier tal-PN Simon Fenech kien fost dawk li imbotta ferm biex jissemma’ l-leħen tar-residenti.