Lokali

 “Irridu nisimgħu x’għandhom bżonn is-sajjieda”

Matul il-jum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kompla bil-ħidma tiegħu bla waqfin sabiex ikun eqreb tal-ħaddiema tas-sengħa Maltin li jaħdmu qatigħ biex jipprovdu ikel bnin u tajjeb, però li sfortunatament isibu ħafna sfidi ma wiċċhom.

Huwa għalhekk li Bernard Grech l-Erbgħa wara nofsinhar iltaqa’ mas-sajjieda li spjegawlu bosta diffikultajiet li qed jaffaċcjaw.

Is-sajjieda spjegaw ukoll li qed jircievu numru ta’ multi li qed ixekklu l-ħidma tagħhom li tiddependi wkoll fuq it-temp.

Ghal kuntrarju, Partit Nazzjonalista jkompli jaħdem biex is-sajjieda jkollhom l-għajnuna kollha li hemm bzonn biex wara kollox jizdid l-investiment f dan is-settur.

Dwar dawn l-isfidi li iżjed ma jmur iżjed qed ikomplu jikbru tkelmu magħna wkoll is-sajjieda li spjegawlna li jhossuhom xi ftit jew wisq minsija hekk kif mhux qed jirċivu fondi ewropej u spjegawlna wkoll li x-xogħol tas-sajjieda ma għadux sostenibli.

Flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista għal din il-laqgħa kien hemm ukoll Toni Bezzina x-Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd.