Internazzjonali

L-Ingilterra: Żwiemel maħrubin fost il-paniku fil-qalba ta’ Londra

Il-poplu fiċ-ċentru ta’ Londra fl-aħħar sigħat attenda għal xena mhux tas-soltu  li qajjmet mhux ftit tal-kaos u paniku fil-qalba tal-kapitali.

Dan wara li numru ta’ żwiemel tal-Household Cavalry — wieħed mill-korpijiet elit tal-Armata Britannika – telqu jiġru fi kwalunkwe direzzjoni waqt eżerċizzju ta’ rutina fiz-zona ta’ Belgravja u meta huma ma kellhom lil ħadd fuqhom.

Talanqas erba’ persuni weġġgħu waqt il-ħarba taż-żwiemel – bis-sitwazzjoni ta’ tensjoni tibqa’ sakemm l-amminali reġgħu nqabdu u ttieħdu lura lejn il-kamp militari.

Maħsub, intant, li ż-żwiemel kienu twerwru mill-ħsejjes tal-ħaddiema tal-kostruzzjoni li kienu qed jiddisponu mir-radam viċin is-sit fejn kien qed isir l-eżerċizzju

In-nies li weġġgħu fil-kaos sussegwenti u waqt inċidenti separati nzertaw fl-inħawi ta’ Aldwych kif ukoll f’Buckingham Palace Road, Belgrave Square u s-salib it-toroq f’Chancery Lane u Fleet Street.