Futbol Sport

Liverpool megħluba fid-derby ta’ Merseyside

(Ritratt: EPA)

F’Goodison Park telfa sorprendenti għal Liverpool hekk kief kienu megħluba 2-0 mir-rivali Everton.  Huma fetħu l-iskor fis-27 minuta b’gowl ta’ Jarrad Braithwaite qabel kien Dominic Calvert-Lewin li rdoppja għal Everton bir-ras.

Manchester United kisbu rebħa ta’ 4-2 fuq Sheffield United. Jaydon Bogle poġġa’ lil Sheffield fil-vantaġġ b’Harry Maguire jikseb id-draw minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Ben Bereton Diaz reġa’ tefa’ lil Sheffield fil-vantaġġ, b’Manchester United jirrispondu b’doppjetta ta’ Bruno Fernandes u gowl ta’ Rasmus Hojlund.

PREMIER LEAGUE

Illum: Wolves v B’mouth 0-1, C.Palace v Newcastle 2-0, Everton v Liverpool 2-0, Man Utd v Sheff Utd 4-2
Għada: Brighton v Man City 9.00pm