Il-fergħa tal-inġinerija ta’ Gasan Group, Mekanika Ltd., nediet stazzjonijiet ta’ ċċarġjar Ultra-Fast għal vetturi elettriċi fid-Distrett tan-Negozju Ċentrali. Dan iċ-charging station huwa l-ewwel wieħed għal Malta u xhieda tal-impenn ta’ Gasan Group, li qed jappoġġjaw il-bidla lokali għal vetturi aktar sostennibli.
Waqt l-avveniment, is-Sur Mark Gasan, CEO ta’ Gasan Group, spjega li hu jappoġġja l-infrastruttura lokali b’teknoloġija tal-ogħla livell, li tiggarantixxi ċċarġjar mgħaġġel u sigurtà għas-sidien tal-EVs.
B’kollaborazzjoni mal-kumpanija ewlenija tal-mobbiltà Bolt, BYD introduċiet il-mudell BYD E6, fis-suq Malti permezz ta’ GasanZammit Motors. Dan il-mudell il-ġdid, kompletament elettriku, se jkun iddedikat għall-operaturi ta’ ride-hailing.
L-E6, iddisinjat speċifikament għar-rekwiżiti tal-industrija tar-rikba, kiseb suċċess fiċ-Ċina. Ix-xerrejja li jagħżlu din il-vettura se jibbenefikaw ukoll minn €1,000 ta’ kreditu bi ħlas mill-istazzjonijiet tal-iċċarġjar ultra-veloċi BYD li għadhom kif tnedew u roħs sostanzjali fuq it-tariffi tal-Bolt.
//= $special ?>