Sport

Midalji tad-Deheb u l-Fidda minn Kayden Lagana’ u Nicholas Muscat fl-MBC f’Ruma

Il-Kampjonati Mediterranji tal-Bowling bdew bil-kbir hekk kif lż-żgħażagħ Kayden Lagana’ u Nicholas Muscat rebħu midalja tad-deheb u tal-fidda rispettivament fis-singles f’dawn il-kampjonati

Kemm Lagana’ kif ukoll Muscat bdew tajjeb fl-ewwel tliet  logħbiet, bit-tnejn ikunu mal-ewwel 10 f’dak l-istadju.  Lagana’ mbagħad verament sab il-forma tiegħu b’logħob ta’ 232 u 236 tela’ sal-1 post , 3 pins biss quddieml il-Grieg Nikolaos Serelis, biex kien fadal logħba waħda biss.  

F’dan l-istadju, Muscat kien għadu fil-11-il post, 70 pin ‘il bogħod mit-tielet post.  Lagana kompla tajjeb u b’mod konsistenti, biex l-aħħar logħba tiegħu ta’ 201 tkun aktar minn biżżejjed biex jiddistakka lill-plejer Grieg li l-aħħar  logħba tiegħu  ta’ 170 kienet tfisser li Muscat  kellu  ċans żgħir għal midalja jekk l-aħħar logħba tkun kbira.  Hekk  għamel Muscat bi strajk wara strajk biex spiċċa b’logħba kbira ta’ 258, 33 pin wara Lagana’ u 3 pins biss  quddiem  Serelis.

Bidu mill-aqwa għas-subien tagħna hekk kif issa mmorru għall-avveniment tad-doubles!