Fil-programm PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Fabrizio Faniello, fejn se nkunu qed nitkellmu mhux biss fuq is-suċċess fix-xena mużikali iżda wkoll numru ta’ sfidi fil-ħajja personali.
“Dak iż-żmien kien, iżda, taboo li titkellem ma’ xi ħadd għall-għajnuna. Illum mod ieħor. Nirringrazzja minn qalbi lill-Caritas, il-ħidma li jagħmlu hija bla qies, imprezzabbli, imnalla kienu huma. Nirringrazzja wkoll lil kull min għeni f’wieħed mill-aktar mumenti iebsa li kelli.”
Fost l-oħrajn, il-profil juri kif ħa sehem darbtejn fil-Eurovision Song Contest, l-ewwel darba fl-2001 b’Another Summer Night; u fl-2006 bil-kanzunetta I Do; u llum qed jikseb bosta suċċessi anki ‘l bogħod minn xtutna.
PROFILI għandu muntaġġ ta’ Beverly Abela u produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul.
Il-programm tal-lejla se jkun qed jibda wara l-aħbarjiet fit-8.30pm.
//= $special ?>