Lokali

Raġel arrestat b’rabta ma’ sensiela ta’ serqiet

Investigazzjonijiet intensivi wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 39 sena, li allegatament wettaq numru ta’ serqiet bejn Marzu u April minn vetturi f’Raħal il-Ġdid u Bormla.

Mill-vetturi nsterqu diversi oġġetti fosthom flus, ċviewet u mowbajl kif ukoll saru diversi ħsarat.

Aktar tard illum, għall-ħabta ta’ nofsinhar, ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Dr Donatella Frendo Dimech LL.D.