Internazzjonali

Wara s-sejba ta’ oqbra tal-massa f’Gaza: L-ebda provi li Iżrael jaħti għal xi ‘massakru’

Il-Kap tal-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ħarsien tad-Drittijiet Umani esprima ‘xokk u dieqa’ dwar il-qerda tal-isptarijiet ta’ Nasser u al-Shifa wqt l-offensiva tal-Iżraeljani fuq it-terroristi tal-Ħamas f’Gaza.

Jerġa aktar xokkanti huma s-sejbiet ta’ allegati ‘oqbra tal-massa’ fis-siti tal-isptarijiet fost indikazzjonijiet li l-vittmi fl-inħawi rriżultaw mir-rejds tal-Iżraeljani.

Min-naħa tiegħu, Volker Turk sejjaħ biex l-imwiet ikunu suġġetti għal investigazzjoni indipendenti. Dan wara li l-uffiċjali Palestinjani qalu li nstabu viċin it-300 katavru f’qabar fiz-zona tal-isptar ta’ Nasser – u fost rapporti li l-vittmi nstabu b’idejhom marbutin wara darhom.

L-Iżraeljani, intant, qed jirrifjutaw l-akkużi li huma ‘immassakraw u difnu lill-Palestinjani inkwistjoni’ bħala mingħajr bażi u ‘propaganda min-naħa tal-Ħamas’.

Fl-istess ħin, l-Iżraeljani sostnew li, matul l-azzjoni militari ta’ Frar fl-isptar ta’ Nasser, fil-belt ta’ Khan Younis, it-truppi tagħhom ‘eżaminaw’ il-katavri midfunin mill-Palestinjani ‘f’postijiet fejn seta’ kien hemm il-preżenza tal-ostaġġi miżmumin mit-terroristi’.

Min-naħa tiegħu, Ajith Sunghay , li jmexxi l-Uffiċċju tan-NU għad-Drittijiet Umani fit-territorji Palestinjani, qal li ma kellu l-ebda provi konkreti li l-katavri fl-oqbra tal-massa kellhom idejhom marbutin ‘qabel inqatlu’. Hu tenna li ma kien hemm l-ebda provi rrifjutabbli dwar ‘massakru’u għaldaqstant, in-NU ma tistax tistqarr azzjoni bħal din bħala ‘fatt’.

.