Lokali Qorti

Akkużat b’fastidju fuq l-eks tfajla tiegħu u pussess aggravat tad-droga

Messaġġi indiċenti allegatament mibgħuta minn żagħżugħ lill-eks tfajla tiegħu rriżultaw fi tfittxija tal-pulizija fid-dar tiegħu li, min-naħa tagħha, wasslet għas-sejba ta’ ammont suspettuż ta’ droga u oġġetti relatati mad-droga.

L-Ispetturi Francesco Mizzi u Nico Zarb ressqu l-Qorti żagħżugħ ta’ 18-il sena, li hu Kyrese Lares, Ingliż li joqgħod is-Swieqi quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fuq akkużi ta’ fastidju sesswali u pussess ta’ ecstasy u cannabis, din tal-aħħar sustanza f’ċirkustanzi li indikaw li ma kienitx. għall-użu personali tiegħu.

L-eks-tfajla tal-imputat huwa mifhum li marret għand il-pulizija biex tirrapportah għal fastidju sesswali, wara li allegatament bagħatilha messaġġi mhux mixtieqa li fil-Qorti ġew deskritti bħala “indiċenti”, kif ukoll filmati li juruh qed jagħmel sess ma’ tfajla oħra.

Uffiċjali tal-pulizija li kienu qed jeżegwixxu mandat ta’ tfittxija fid-dar tiegħu kkonfiskaw l-mobile tiegħu, u skoprew ukoll ammont mhux żvelat ta’ flus kontanti uckannabis, kif ukoll imwieżen. Instabet ukoll l-ecstasy waqt it-tfittxija, ngħad lill-Qorti.

Lares wieġeb mhux ħati tal-akkużi. L-avukat tiegħu, Noel Bianco, talab għal-ħelsien mill-arrest. Tqajmu oġġezzjonijiet għal dik it-talba mill-prosekuzzjoni, primarjament għar-raġuni li l-abbuż tad-droga tiegħu żied ir-riskju li jagħmel aktar reati jekk jinħeles mill-arrest.

Dr. Bianco qal lill-Qorti li r-raġel kien fil-pussess ta’ pillola ecstasy waħda biss li kienet maqsuma fi tnejn, fejn allegatament xtara l-pillola u mbagħad nesiha għal kollox, għax ipejjep wisq cannabis. L-avukat żied jgħid li missier l-imputat kien preżenti fl-awla u kien lest li jgħin kif meħtieġ.

Il-Qorti wieġbet li filwaqt li kien tajjeb li tara l-preżenza ta’ missieru fil-Qorti, xorta waħda kien “ prematur ħafna” li Lares jinħeles. Kellu problema tad-droga, irrimarkat l-Maġistrat, “u għadu ma ħax ħsieb jekk jindirizzaha jew le.”

Kontra l-libertà proviżorja kien ukoll il-fatt li l-allegata vittma kienet għadha ma xehdetx, innotat il-Qorti. It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda f’dan l-istadju. Fuq talba tad-difiża, il-qorti ordnat lid-direttur tal-ħabs biex jospita lill-imputat fit-taqsima tal-Young Offenders, fid-dawl tal-età tenera tiegħu.