Illum, Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN, l-MEP David Casa, mill-ġdid ressaq in-nomina tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
Casa rringrazzja lil dawk li nnominawh, fosthom lill-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, Mandy Mallia, Peppi Azzopardi, u d-Deputat Alex Borg.
“Issa aktar minn qatt qabel, għandna bżonn rappreżentanza b’saħħitha fil-Parlament Ewropew. Neħtieġu skrutinju Ewropew aktar b’saħħtu biex nikkumbattu l-ħtif tal-istituzzjonijiet ta’ Malta mill-Gvern Laburista. Neħtieġu oppożizzjoni qawwija kontra l-isforzi biex titneħħa l-ġustizzja għad-detriment tal-poplu Malti u Għawdxi. U rridu nwasslu riżultati b’saħħithom li jtejbu l-ħajja taċ-ċittadini permezz ta’ inizjattivi u leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE.”
//= $special ?>