Lokali

Eluf li marru għall-propaganda tal-budget

Din il-ġimgħa ħarġet il-konferma tal-eluf kbar li tajjar il-Gvern biex jagħmel propaganda għall-Budget ta’ din is-sena; bin-nefqa tqarreb il-200,000 ewro.

Dawn l-eluf ingħataw permezz ta’ direct orders lil hames kumpaniji, li tqabbdu minn Kastilja sabiex isiru filmati, billboards u reklamar għall-Budget.

Il-lista ta’ dawn id-direct orders ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern.

F’Novembru li għadda, il-Prim Ministru kien qal li tajjru 165,000 għall-propaganda marbuta mal-Budget – ċifra li issa, skont l-aħħar informazzjoni aġġornata, kompliet tiżdied.