Lokali Qorti

Erba’ rġiel mixlija b’serq ta’ karozza Porsche u serq ieħor bit-tifla ta’ sid l-karozza nvoluta wkoll

Erba’ rġiel żgħażagħ u tfajla ta’ 16-il sena qed jiffaċċjaw akkużi b’rabta ma’ serq ta’ SUV Porsche Cayenne propjetà ta’ missier it-tfajla u reati oħra. Il-minuri kienet l-ewwel li tressqet quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tard il-Ħamis wara nofs inhar. Il-qorti imponiet projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni ta’ isimha u dik tal-vittma.

L-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia, assistiti mill-avukati Alessia Schembri u Brendan Hewer mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, akkużaw lit-tfajla b’serq, aggravat bil-valur u l-post u li ffrodat lil missierha meta kienet involuta fis-serqa tal-karozza ta’ missierha.

L-Avukati difensuri Jose Herrera u Martina Herrera infurmaw lill-Qorti li t-tfajla kienet se tammetti l-ħtija u talbu li titqiegħed taħt ordni ta’ superviżjoni temporanja sakemm ikun jista’ jitfassal rapport ta’ qabel is-sentenza. Il-partijiet kienu qablu li missier l-imputat jipprovdilha akkomodazzjoni alternattiva sakemm jitlesta r-rapport ta’ qabel is-sentenza.

Peress li l-imputata kellha inqas minn 17-il sena, il-qorti osservat li l-qorti kompetenti biex tiddeċiedi l-każ tagħha kellu tkun il-qorti tal-Minorenni u ordnat li l-atti tal-każ jintbagħtu hemm għas-sentenza. Dr. Herrera talab għal-libertà proviżorja fil-perjodu interim, li ma sabet l-ebda oġġezzjoni mill-prosekuzzjoni jew mill-avukati tal-vittma, Alfred Abela u Rene Darmanin.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u lliberat lit-tfajla mill-arrest kontra garanzija personali ta’ €10,000, u ordnat ukoll lit-tfajla biex ma tikkuntattjax jew tavviċina lill-ebda waħda mill-vittmi, bl-eċċezzjoni ta’ missierha u biex tiffirma l-għassa f’intervalli regolari.

Akkużati b’reati marbuta ma’ diversi serqiet

Ftit wara li tressqet it-tfajla tressqu tliet irġiel żgħażagħ li ffaċċjaw akkużi wkoll b’rabta mas-serqa tal-karozza lussuża. F’kawża separata il-Ħamis stess, Luis Maxim Kunzel ta’ 24 sena, ċittadin Ġermaniż bla xogħol u residenti Marsaskala, in-negozjant li jaħdem għal rasu Luke Vella ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar, kif ukoll Dillon Gatt ta’ 19-il sena u Mohamed Mohamed Mohamed, Sirjan ta’ 23 sena, b’dawn l-aħħar jinsabu tnejn bla xogħol u mingħajr indirizz fiss, ġew mixlija li rċevew oġġetti misruqa u serq ta’ flus kontanti li kien aggravat bi vjolenza, mezzi u billi żammew nies kontra r-rieda tagħhom.

Huma ġew akkużati wkoll li fil-lejl tas-17 ta’ April serqu pjanċa tan-numru, li serqu l-Porsche Cayenne mill-Mellieħa u credit card minn ġewwa fiha, u ffrodaw lis-sid b’aktar minn €5,000. Inħarġu wkoll aktar akkużi, relatati ma’ attentat ta’ hold ups f’ġojjelliera f’Santa Venera u spiżerija f’Ħal Qormi fil-21 ta’ April, kif ukoll attentat ieħor ta’ hold up f’ħanut tal-elettronika f’Birkirkara l-għada.

Il-grupp huma akkużati wkoll b’konfoffa biex jisirqu l-ħanut tal-ġojjellerija. Kunzel, Gatt, Ali u Vella ġew akkużati b’mod konġunt b’konfoffa kriminali – li allegatament ippjanaw li jisirqu d-dar ta’ sid il-Porsche. Kunzel waħdu qed jiffaċċja akkużi addizzjonali li seraq numru ta’ pjanċi minn karozzi pparkjati f’Ħaż-Żabbar fit-22 u t-23 ta’ April, filwaqt li Vella waħdu jinsab mixli wkoll li pprova jbigħ il-Porsche misruqa, li traffika l-cannabis u li kiser tliet settijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ pleġġ.

Ali jinsab mixli wkoll bi traffikar u pussess ta’ cannabis f’ċirkostanzi li indikaw intenzjoni li jbigħ.
Kunzel u Gatt huma mixlija wkoll li ġarrew sikkina fil-pubbliku mingħajr permess tal-pulizija, b’Gatt akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li kien irċieva f’Mejju tal-2023.

L-Ispettur Lydon Zammit spjega li t-triq li wasslet għall-arresti kienet bdiet bis-serqa vjolenti ta’ forn f’Marsaskala nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ April. Kienu involuti żewġ ħallelin armati u kompliċi li taparsi kienu klijent, huwa qal.

It-tliet suspettati waslu u ħarbu f’Mazda Demio bl-użu ta’ number plates li kienu ġew irrappurtati misruqa mill-Marsa l-ġurnata ta’ qabel, spjega l-ispettur. Matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd kienu rrappurtati numru ta’ serqiet oħra, qal, fosthom serq tal-Porsche minn Ħ’Attard, attentat ta’ serq f’ħanut tal-ġojjellerija f’Santa Venera u attentat ieħor ta’ serq fi spiżerija f’Ħal Qormi.

Il-Mazda Demio kienet involuta f’kull waħda mis-serqiet, qal Zammit fil-Qorti. L-għada, il-pulizija rċeviet rapport ta’ attentat ieħor ta’ serq f’Birkirkara li kien jinvolvi l-istess karozza u deskrizzjonijiet simili tal-awturi.

L-istaff fil-ħanut tal-ġojjellerija qal lill-pulizija li ftit sigħat wara s-serqa, kienu raw tliet żgħażagħ li dehru suspettużi jduru madwar l-inħawi. Sadattant kienet bdiet tidħol informazzjoni dwar is-serq tal-Porsche. Louis Maxim Kunzel kien l-ewwel li ġie identifikat, wara li uża l-karti ta ‘kreditu misruqa. Wara ġie identifikat Gatt, li kien qed jakkumpanjah. Ali ġie identifikat għax ma kienx għatta wiċċu.

Il-Porsche misruqa kienet inbiegħet fi skambju parzjali għad-droga. Instab fil-garaxx ta’ Luke Vella, qal l-ispettur. Meta ġew interrogati wara li ġew arrestati l-irġiel kienu taw lill-pulizija informazzjoni mhux biss dwar l-involviment tagħhom fir-reati, iżda kienu indikaw ukoll partijiet terzi li kienu involuti.

Meta ntalbu jwiepbu jekk humiex ħatja jew le, l-akkużati ammettew kollha, bl-eċċezzjoni ta’ Luke Vella li ma’ ammettiex. Talba għall-ħelsien mill-arrest għat-tlieta li kien fadal intlaqgħet b’oġġezzjonijiet mill-prosekuzzjoni, li sostniet li l-akkużi, li kienu jinkludu t-traffikar tad-droga, kienu serji u li wħud mill-akkużati kienu diġà ħarġu fuq diversi settijiet ta’ kundizzjonijiet ta’ pleġġ.

Ma kinux ta’ min jafdahom, sostniet il-prosekuzzjoni, u barra minn hekk, kien hemm xhieda oculari li għad iridu jixhdu L-Avukat Marion Camilleri, li assistit lil Vella, sostniet li l-akkużi fil-konfront tal-klijent tagħha kienu relatati mal-immaniġġjar ta’ oġġetti misruqa u kannabis.

Il-ksur tal-pleġġ allegati kienu “akkużi bħal kull ieħor”, li għad iridu jiġu ppruvati, qalet l-avukat. Il-Qorti ddeċidiet li kien hemm riskju serju li l-evidenza tiġi mbagħbsa jekk kellha tingħata l-libertà proviżorja u ċaħdet it-talba.

L-Avukat Victor Bugeja ssuġġerixxa li wara d-delitti ta’ Ali kien hemm avventura mhux flokha taż-żgħażagħ, filwaqt li l-avukata ta’ Gatt, Yanika Barbara Sant, sostniet li ċirkostanzi soċjali diffiċli, fosthom nuqqas ta’ dar fejn jabitaw u abbuż tad-droga kienu fatturi kbar fl-offiża tiegħu.

L-Avukat Thomas Barbara Sant, li assista lil Kunzel, talab li l-klijent tiegħu jingħata għajnuna għal problemi ta’ saħħa mentali u droga, u ssuġġerixxi sentenza ta’ kustodja ta’ tul minimu. Il-qorti differita l-kawża għal sentenza għal data aktar tard.

Kemm id-difiża kif ukoll il-prosekuzzjoni talbu lill-Qorti biex il-piena ta’ priġunerija tkun waħda fil-minimu tagħha u dan għaliex it-tlieta li ammettew ikkoperaw mal-Pulizija mill-bidu sa l-aħħar. Id-difiża talbet lill-Qorti biex tieħu mhux biss inkonsiderazzjoni fuq il-ħajja soċjali tagħhom fejn iż-żgħażagħ ilkoll jabbużaw mid-droga, imma għaliex huma għandhom bżonn l-għajnuna u meta joħorġu mill-ħabs ma jerġgħux jaqgħu fiċ-ċirku tal-kriminalità.