Elezzjonijiet 2024 Lokali

Id-dokumenti tal-vot se jibdew jitqassmu minn nhar is-Sibt

Il-kampanja tal-PN tiftaħ uffiċjalment nhar l-Erbgħa

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija ħabbret li l-Pulizija se jibdew iqassmu d-dokumenti għall-votazzjoni minn nhar is-Sibt, 27 ta’ April. 

It-tqassim ser isir kuljum bejn it-8.00 a.m. u s-1.00 p.m. u bejn it-3.00 p.m. u d-9.00 p.m., sa nhar il-Ġimgħa l-10, jew is-Sibt, il-11 ta’ Mejju skont id-distretti elettorali.

Għaldaqstant huwa ta’ ħtieġa kbira li fid-dar ikun hemm xi persuna responsabbli u li ma tkunx taħt is-16-il sena biex tirċievi u tiffirma għad-dokumenti għall-votazzjoni.  

Waqt it-tqassim tad-dokumenti għall-votazzjoni l-pubbliku ser jintalab jikkonferma li jkun irċieva d-dokument/i billi jiffirma fuq il-mobile pprovdut mill-Uffiċjal tal-Pulizija, minflok il-ktejjeb li kien jintuża qabel.

Il-ligi elettorali tippermetti li rappreżentanti tal-partiti politiċi jakkumpanjaw lill-uffiċjali tal-Pulizija waqt it-tqassim ta’ dawn id-dokumenti. Dawn se jkunu provduti b’Biljett ta’ Awtorizzazzjoni maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali sabiex jintwera meta jkun hemm il-ħtieġa.

Id-dokumenti għall-votazzjoni għandhom jinżammu f’post fejn wieħed isibhom għax mingħajrhom ħadd ma jkun jista’ jivvota f’jum il-votazzjoni.