Internazzjonali

Il-Gwerra f’Gaza: Aktar arresti waqt il-protesta ‘kollettiva’ fl-universitajiet tal-Istati Uniti

Il-Pulizija fl-Istati Uniti kompliet tarresta l-mijiet tad-dimostranti fid-diversi lokalitajiet tal-pajjiż – u meta l-protesti kontra l-Gwerra ta’ Gaza rrankaw fil-kampuses tal-universitajiet ewlenin u anki ‘il hinn minnhom.

L-aħħar arresti kienu jinkludu għexieren ta’ studenti li jattendu l-Kulleġġ ta’ Emerson f’Boston, b’talanqas 100 arrest ieħor isiru fl-Università ta’ Southern California f’Los Angeles.  Kien hemm anki l-konfronti kbar bejn il-pulizija u d-dimostranti fl-Università ta’ Texas, f’Austin, u li rriżultaw ukoll fl-arresti.

Aktar qabel kienu arrestati aktar studenti waqt inċidenti simili fl-Universitajiet ta’  Columbia, Yale u New York – bid-dimostrazzjonijiet dwar Gaza qed jirriflettu kawża  komuni fost l-istudenti tal-Istati Uniti. …Studenti li mhumiex jidħlu għal-lectures u li, minn jum għall-ieħor, qed iwaqqfu ‘il-kampijiet ta’ protesta’ fuq il-kampuses tal-università.