Lokali Parlament

Il-professjoni tal-għalliema għandha tkun rikonoxxuta u msaħħa


Justin Schembri, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri sostna fl-Aġġornament tal-parlament li l-professjoni tal-għalliema għandha tkun rikonoxxuta u msaħħa.


Justin Schembri tkellem dwar il-vakanza għal supply teachers li bdew ikunu riklamati bħala vakanzi li fihom m’hemmx bżonn degree ta’ għalliem biex tapplika.


Hu qal li dan ir-riklamar mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma jagħmilx ġieħ lill-professjoni tal-għalliema għaliex ikun qed jagħti l-impressjoni li l-vakanzi għll-għalliema huma miftuħa għal kulħadd. Fil-fatt kien hemm mijiet ta’ kummenti għaliex il-impressjoni kienet li kul min jixtieq jappika għal supply teacher jsta’ japplika anki jekk bla kwalifiċi.


Hu tkellem dwar il-ftehim settorjali li għadu qed jiġi negozjat fejn l-aktar ħaġa probelamtika kienet il-finanzi. Qabel l-elezzjoni, għall-Prim Ministru, dawn ma kinux problema tant li wiegħed li s-salarji se jiżdiedu u l-kundizzjonijiet se jitjiebu.


Hu qal li s-soluzzjoni hi li tissaħħaħ il-professjoni tal-għalliema regolari u dawk gradwati li għandhom il-warrant. Dan hu kruċjali għaliex din l-problema trid tkun indirizzata mil-lenti nazzjonali u mhux mi-lenti politika. Qabel l-aħħar elezzjoni kien hawn qbil li l-kundizzjonijiet u s-salrji tal-għaliema għandhom ikunu imtejba.


Justin Schembri qal li l-vakanzi kienu jaqgħu taħt propganda politika u sostna li l-Gvern issa qed jitkellem fuq internet b’xejn għall-istudenti tal-ewwel sena propju qabel l-elezzjonijiet li ġejjin.


Justin Schembri semma’ l-Jum Internazzjonali tal-Ktieb u qal li l-gvern kien wiegħed li se jibni librerija għal kull tifel u tifla fil-priamrja. Il-gvern hu obbligat li jagħti dak li jkun wiegħed u m’għandux għalxiex idaħħal il-politika f’dak kollu li jagħmel. Hu qal li l-gvern f’kollox idaħħal il-politika partiġġjana tant li hu ma jkunx mistieden f’attivitajiet tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni propju għaliex hu l-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni. Il-gvern qed jikkonferma li jridx jaħdem mal-Oppożizzjoni, sostna Justin Schembri.