Sport

It-tim nazzjonali Malti tal-Veterani f’Seville

It-tim nazzjonali Malti tal-Veterani fi tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jilgħab partita internazzjonali għal Iberos CF 20th Anniversary Cup kontra t-tim Spanjol ta’ Iberos Club de Futbol, f’Seville.

Il-kowċ tal-veterani Joe Micallef sejjaħ skwadra ta’ 19-il plejer li se jkunu qed jagħmlu l-mawra fi Spanja.

Iberos Club de Futbol qed jiċċelebraw l-20 sena mit-twaqqif tagħhom u għal din l-okkażjoni stieden lis-selezzjoni Maltija tal-veterani.

Il-logħba se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej f’Estadio La Cartuja, f’Seville. Dan l-istadium ta’ madwar 60,000 spettatur, normalment tintlagħab il-finali tal-Copa del Rey u fejn bosta drabi lagħab it-tim nazzjonali ta’ Spanja.