Lokali Parlament

Jeħtieġ garanziji għal kumpens xieraq għall-ħaddiema li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol


Carm Mifsud Bonnici, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal fl-Aġġornament tal-parlament li jeħtieġ garanziji għall-ħaddiema li jweġġħu fuq il-post tax-xogħol biex ma jkollhom jgħaddu minn diffikultajiet kbar biex jieħdu kumpens.


Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar il-kostruzzjoni u tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol partikolarment dawk li jitilfu ħajjithom u dawk li jweġġgħu u jibqgħu b’feriti permanenti għall-bqija ta’ ħajjithom. Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-sistema legali għandha tkun imtjeba bei xmeta ħaddiem imur għax-xogħol u ma jkunx irresponsabbli, għandu kun hemm sistema ta’ kumpens għall-ħaddiema li jsofru diżabbiltà.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-persuni li jsofru diżabbiltà kaġun ta’ inċidenti fuq il-pst tax-xogħol jridu jgaħddu minn proċess legali dettaljati u rigoruż fejn il-bniedem li sofra jiġu l-persuna akkużata u jekk għandux tort li weġġa’. Quddiem din issitwazzjoni, min iweġġa’ għandu jkollu garanzija ta’ kumpens mill-ewwel. Il-fatti huma li min iweġġa’ qed ikollu jikkumbatti l-aqwa avukati tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni u qed ikollhom iħallsu ammonti kbar ta’ flus minn buthom b’diffikulatjiet kbar.


Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-ħaddiema jsibu d-difiża mill-parlamentari u kkkritika s-sitwazzjoni li fih l-parlament qed iħaddem demokrazija ekonomija u mhuwiex jiddefendi kif suppost d-drittijiet taċ-ċittadini f’dawn id-diffikultajiet.


Hu qal li f’din is-soċjetà jeħtieġ jiddaħħal il-kunċett ta’ protezzjoni lill-ħaddiema li jsofru diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol. Ma jistax ikun li s-soċjetà tkun liberalistà fejn kulħadd irid ifendi għal rasu għaliex din qed twasal biex ikun hemm żvantaġġi kbar li mhumiex ikunu rimedjati.

Ħadd ma semma’ din is-sitwazzjoni allarmanti li hawn fil-pajjiż, sostna d-deputat Nazzjonalista li qal li dawn il-persuni li jkunu weġġgħu jridu morru jagħmlu xogħol part-time u jgaħddu mill-kalvarju ta’ kawżi fil-qorti biex jiksbu kumpens.