L-ekonomija ta’ pajjiżna tista’ tkompli tikber mingħajr ma jbatu n-negozji żgħar. Dan filwaqt li l-inflazzjoni jeħtieġ li tiġi indirizzata aħjar.
Kienu dawn ir-raġunijiet ewlenija għalfejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech iltaqa mal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji bħala parti mill-ħidma li l-Partit Nazzjonalista qed jagħmel bi preparazzjoni għal Jum il-ħaddiem.
Matul il-laqgħa flimkien mad-Deputat President Philip Fenech, il-Kap Eżekuttiv Abigail Agius Mamo u membri oħra tal-Kamra tal-SMEs, ġie diskuss kemm l-andament ekonomiku kif ukoll il-pressjonijiet kbar fuq l-infratrutura.
Eżempju ta’ dan kienu s-sigħat twal bla provvista tal-elettriku matul ix-xhur tas-sajf, il-problema tad-dranaġġ u anka l-fatt li n-negozji kellhom jibdew jimpjegaw ħafna ħaddiema barranin li ma kellhomx il-kwalifiċi neċessarji.
Ġie spjegat ukoll li n-negozji żgħar u medji qed isibu diffikultajiet biex ilaħ]qu man-negozji l-kbar u li għalhekk huwa importanti li l-ekonomija tikber b’mod sostenibbli.
Wara din il-laqgħa, Net News ħa wkoll il-kummenti ta’ Abigail Agius Mamo, il-Kap Eżekuttiv taċ-Chamber of SME’S, li min-naħa tagħha spjegat kif ġew diskussi il-prirjoritajiet u l-isfidi li qed jaffaċċjaw in-negzji.
Preżenti għal din il-laqgħa flimkien mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm ix-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża Jerome Caruana Cilia,;; ix-Shadow Minister għas-Self Employed, l-intrapriżi żgħar u l-Kooperattivi Robert Cutajar; kif ukoll il-kandidat għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius.
//= $special ?>