Lokali Parlament

Jeħtieġ regoli dwar dawk li jżommu l-annimali għal perjodi qosra


Janice Chetcuti, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostniet fl-Aġġornament li jeħtieġ li jkun hemm regolamenti u liċenzjar għal dawk li joperaw fis-settur tal-]arsien tal-annimali għal perjodi qosra biex is-saħħa tal-annimali miżmuma tkun garantita.


Janice Chetcuti tkellmet dwar petizzjoni iffirmata minn 2,000 persuna u li titratta dwar l-annimali u l-protezzjoni tagħhom. Din il-petizzjoni kienet ppreżentata xhur ilu fil-parlament iżda l-petizzjoni għadha ma ttellgħetx fi stadju ta’ kumitat. Hi sostniet li l-ministru konċernat għandha jassigura li ma jkunx hemm demwien.


Dwar dawk li jżommu l-annimali għal perjodi qosra, id-deputat Nazzjonalista qalet li riċentament seħħew diversi inċidenti li fihom ħafna annimali spiċċaw vittmi. Jeħtieġ li jsiru l-liċenzji u r-rgoli neċessarji għal meta l-annimali jitħallew għand dawn in-nies. Ħafna minn dawn il-professjonisti jagħmlu xogħlhom bi professjonalità.


Hi appellat biex ikun hemm il-livelli neċessarji kif għandhom jinżammu l-klieb u qalet li għandu jkun hemm liġijiet li jirrikonoxxu l-imħabba tan-nies lejn l-annimali. Għandu jkun hemm ukoll linji gwida dwar kif joperaw dawn is-servizzi.


Janice Chetcuti tkellmet ukoll dwar sitwazzjoni tal-waterpolo pitch f’Marsaxlokk u l-wiegħda li kienet saret li dan għandu jkun modernizzat. Hi qalet li dan l-impenn għal titjib fil-pitch issaħħaħ meta tpoġġa t-tanker tal-gass f’Marsaxlokk fejn il-gvern kien wiegħed li se jagħmel pitch tal-waterpolo state of the art. Il-gvern kien anki approva investiment ta’ €2 miljuni għal dan il-proġett li kellu jservi wkoll għal-elezzjonijiet tal-għawm f’Marsaxlokk.


Janice Chetcuti qalet li tliet snin wara din il-wiegħda, għad m’hemmx idea jekk dan il-proġett hux se jsir. F’Marsaxlokk l-għawm qed ikun projbit minħabba l-Free Port, it-tanker u l-power station u minħaba li l-baħar ma jkunx adatt għall-għawm. Hi appellat lill-gvern biex iwettaq il-wiegħda tiegħu mal-komunità ta’ Masraxlokk.