Futbol Sport

L-MFA tirrifjuta t-talba ta’ Hibernians biex tipposponi l-finali tan-Knockout tan-nisa

(Ritratt: Hibernians FC)

Fi stqarrija uffiċjali ppublikata fuq il-midja soċjali ta’ Hibernians F.C, il-klabb esprima d-diżappunt tiegħu fuq id-deċiżjoni li ħadet l-MFA biex tirrifjuta t-talba biex tiġi posposta l-finali tan-Knockout bejn Hibernians u Birkirkara.

Il-partita mistennija tintlagħab is-Sibt 27 ta’ April fis-6:00pm, madankollu huwa magħruf li numru ta’ plejers mill-iskwadra ta’ Hibernians mhux se jkunu disponibbli għall-partita hekk kif jirrikjedu jpoġġu għall-eżamijiet tal-MATSEC fl-istess ħin, b’Hibernians jargumentaw li dan mhuwiex ġust u joħloq dilemma bejn l-istudji u l-karriera sportiva.

Hibernians issuġġerew li l-partita titressaq b’siegħa u tintlagħab fis-7pm.

Hibernians għalqu l-istqarrija billi talbu lill-MFA, kif ukoll lil Birkirkara biex jerġgħu jikkunsidraw din il-proposta.