Sport

Lagana’ u Muscat jirbħu midalja oħra fil-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran!

Wara l-prestazzjoni mill-aqwa meta spiċċaw l-ewwel u t-tieni fis-
singles, Kayden Lagana’ u Nicholas Muscat żammew il-forma brillanti
tagħhom biex ħadu t-tieni post fil-kompetizzjoni tad-doubles maskili, f’Ruma.

Iż-żewġ plejers lagħbu tajjeb, b’Nicholas jilgħab total ta’ 1219 u Kayden
wieħed ta’ 1206. It-tim beda bil-qawwa u kienu mal-ewwel ħamsa mill-
bidu.

Muscat kellu bidu qawwi ħafna u lagħab medja ta’ 216 fl-ewwel 3
logħbiet, u kompla b’ritmu tajjeb anke fit-tlieta ta’ wara. Lagana’ kellu
logħba waħda ftit batuta, iżda mbagħad lagħab logħba brillanti ta’ 276 li
għenitna naqbħu lill-Italja u Franza biex nispiċċaw fit-tieni post wara t-tim
Grieg.