Futbol Sport

Manchester City b’wirja dominanti fuq Brighton

Ritratt: EPA

Manchester City irrispondew għar-rebħa ta’ Arsenal fuq Chelsea b’rebħa dominanti min-naħa tagħhom meta ddominaw u rebħu 4-0 lil Brigthon. Huma fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta minn cross ta’ Kyle Walker kien Kevin De Bruyne li b’daqqa ta’ ras stupenda tefa’ fix-xibka għal 1-0. Doppjetta ta’ Phil Foden għamlet l-iskor 3-0, bi freekick fis-26 minuta u gowl ieħor fl-34 minuta, b’Man City jidħlu jistrieħu fil-vantaġġ. Ir-raba’ gowl għal City kien skorjat minn Julian Alvarez fit-62 minuta.