Lokali

Nhar il-Ħadd li ġej – Maratona Ġbir ta’ Fondi

Għaddejin ġmielhom il-preparamenti għall-maratona ġbir ta’ fondi li l-Partit Nazzjonalista se jkun qiegħed jorganizza matul il-ġurnata tal-Ħadd bl-iskop preċiż li jinġabru fondi importanti – il-ftit mingħand il-ħafna u mingħand dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-interess veru ta’ pajjiżna.

Din hi maratona ġbir ta’ fondi importanti għaliex permezz tal-fondi li jinġabru l-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jaħedm u jsawwar il-kampanja elettorali tiegħu għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej fejn se jkunu qegħdin isiru żewġ elezzjonijiet… dik biex ikunu eletti r-rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew u dawk f’kull lokalità madwar Malta u Għawdex b’rabta mal-Kunsilli Lokali.

Il-maratona ġbir ta’ fondi tal-Ħadd li ġej se tibda mit-3pm fid-Dar Ċentrali u se tixxandar ‘live’ fuq Net TV u Net FM.