Lokali

Studenti kienu f’riskju li jitilfu l-eżami tas-SOK minħabba t-traffiku fin-Naxxar

Ritratt: MaltaToday

Diversi studenti li kienu qed jipprovaw jaslu l-Higher Secondary fin-Naxxar għall-eżami tagħhom tas-Systems of Knowledge fl-4pm, spiċċaw weħlu f’ġamm ta’ traffiku min-Naxxar għal San Ġwann u min-Naxxar għal Ħal Lija.

Skont il-MaltaToday, il-kawża tal-konġestjoni massiva tat-traffiku hija l-fatt li diversi toroq fl-inħawi għadhom bis-sinjali temporanji one-way installati minn xogħlijiet fit-toroq preċedenti. Resident saħansitra stqarr li din is-sitwazzjoni ilha xhur fi stat intollerabbli, u minkejja li tlesta x-xogħol dawn is-sinjali għadhom hemm.

Kien hemm ġenitur li sostna li damu kważi 45 minuta mweħħlin fit-tela’ ta’ Ħal Lija.