Wara li l-Gvern ħabbar l-intenzjoni li jirriforma s-settur tal-kostruzzjoni, nħass il-bżonn li l-bennejja jkunu rrappreżentati b’ mod aktar formali.
Fil-fatt, wara diversi laqgħat bejn il-bennejja, fejn anke ġie sottomess dokument uffiċċjali bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika għar-riforma tas-settur, numru ta’ membri waqfu l-Assoċċjazzjoni tal-Bennejja u l-Kuntratturi (ABK) bil-għan li tirrappreżenta lill-bennejja u l-kuntratturi f’din l-industrija hekk importanti għall-ekonomija ta’ Malta.
Fi stqarrija, il-bennejja qalu illi jemmnu li huma id importanti f’dan is-settur. U għalhekk, waqqfu din l-assoċjazzjoni l-ġdid.
//= $special ?>