Lokali

Cyrus Engerer u Muscat se jikkontestaw mal-Labour jew ingħataw il-ġenb?

Il-Partit Laburista ħabbar il-kandidati li se jkun qed jimbotta quddiem l-elettorat Malti u Għawdxi – permezz ta’ ritratt fejn juri lil 9 kandidati jippożaw għal selfie.

Ritratt li ma inkludiex lill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista attwali Cyrus Engerer….u lill-eks Prim MInistru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.

Bi tlett ijiem biss sakemm jintemm iż-żmien stipulat għan-nominazzjonijiet – Cyrus Engerer għadu ma ħabbarx x’se jkun qed jagħmel – li hu ċert huwa li l-imġieba hija waħda ċara u tonda – jew mhux qed jinġieb mal-Labour u l-bqija tal-kandidati Laburisti – jew effettivament mhux se jkun qed jikkontesta għall-Elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju.

Spikka wkoll in-nuqqas ta’ Joseph Muscat li fil-jiem li għaddew meta mistoqsi mill-ġurnalisti x’se jkun qiegħed jagħmel – huwa insista li se jkun qed jibgħat sinjal ċar tal-intenzjonijiet tiegħu.

Għaldaqstant minn 4 Membri Parlamentari Ewropej Laburisti attwali 2 minnhom huma konfermati li mhux se jikkontestaw cioè; Alfred Sant u Josianne Cutajar – dan filwaqt li Cyrus Engerer s’issa għadu f’silenzju li jtarrax.