Sport

Esebit għal ftit sigħat it-Trofew tal-EURO 2024

Meta ninsabu ġranet bogħod mill-ftuħ tas-17-il edizzjoni tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-Futbol – EURO 2024 – fil-pjazza ewlenija f’Berlin quddiem il-mina Brandenburg kien esebit għal ftit sigħat it-Trofew milqugħ minn bosta partitarji u turisti.

Din l-edizzjoni se tkun it-tielet waħda organizzata mill-Ġermanja fejn minn dik tal-1988 bħala Ġermanja tal-Punent fl-2020, fi Munich intlagħbu erba’ partiti filwaqt li f’din l-edizzjoni għaxart ibliet fosthom Leipzig, Eks Ġermanja ta’ Lvant, se jilqgħu lil 24 pajjiż finalist.

Il-bliet li fihom se jintlgħab il-EURO2024 huma Amburgu, Gelsenkirchen, Kolonja, Leipzig, Dusseldorf, Frankfurt, Dortmund, Berlin, Munich u Stuttgart.

Il-partita tal-ftuħ hija dik bejn il-Ġermanja u l-Iskozja fi Munich Arena, bil-kampjonat jibqa’ sejjer mill-14 ta’ Ġunju sal-14 ta’ Lulju.