Lokali

Il-maskri mhux ser jibqgħu obbligatorji fl-isptarijiet u djar tal-anzjani

F’pass sinifikanti lejn ir-ritorn għan-normal ta’ qabel il-pandemija, l-ilbies ta’ maskri mhux se jibqa’ obbligatorju fis-swali tal-isptarijiet u d-djar tal-anzjani mill-1 ta’ Mejju. Il-Ministru tas-Saħħa, Jo Etienne Abela ħabbar din id-deċiżjoni nhar il-Ħamis, u kkwota n-numru ta’ każijiet minimi ta’ COVID bħala r-raġuni għall-bidla.

Il-Ministru Abela enfasizza li filwaqt li l-maskri mhux se jibqgħu obbligatorji, individwi li jagħżlu li jilbsuhom jistgħu jkomplu jagħmlu dan.

Ir-regoli ġodda japplikaw għall-persunal fl-isptar, kif ukoll għall-viżitaturi. Din il-bidla tigi wara t-tneħħijja tal-protokolli tal-ilbies tal-maskra f’ċertu zoni tal-isptar f’Lulju li għadda, fejn ilbies ta’ maskri ma baqax obbligatorju f’postijiet bħal riċevimenti, canteens, u swali tal-konferenzi.

Il-Ministru Abela kompla jgħid li se jiġi eliminat ukoll ir-rekwiżit li l-pazjenti tal-COVID-19 jibqgħu iżolati. Kompla li “l-COVID-19 issa qed jiġi trattat b’mod simili għal mard respiratorju ieħor,” u “madankollu, aħna xorta nirrakkomandaw li n-nies jibqgħu d-dar meta jkunu morda.”