Lokali

“Min hu b’saħħtu mhux qed iġorr responsabbiltà għal għemilu” – Repubblika

“Ninsabu f’sitwazzjoni fejn id-dar saret post fejn wieħed ikun qiegħed jissogra ħajtu. Dan kollu biex ħaddieħor isir sinjur.”

Saħqet dan l-NGO Repubblika b’reazzjoni għal dak li seħħ il-Ġimgħa filgħodu fil-Furjana hekk kif insistew li l-Istat Malti qed jibqa’ jonqos lill-poplu tiegħu.

Repubblika insistiet li l-poplu issa qed jixba jisma’ diskors fil-vojt, u proposti biex jitwaqqfu aġenziji oħra biex dawk tal-qalba jieħdu aktar flus għall-konsulenzi.

“Dan kollu jinkwadra fit-tema wiesgħa tal-impunita’ fejn min hu b’saħħtu ma jġorrx responsabiltà għal għemilu u għan-nuqqasijiet tiegħu, u min hu dgħajjef jibqa’ jbati l-konsegwenzi.”

Repubblika saħqet dan fid-dawl ta’ incident ieħor fil-kostruzzjoni. Din id-darba dawn il-vittmi, li kellhom dritt jgħixu bil-kwiet ġewwa darhom, ma weġġgħux ghax telqu minn taħt is-saqaf tagħhom.

“L-awtoritajiet ma jistgħux jibqgħu jivvintaw skużi biex jiġġustifikaw dak li ħadd ma jista’ jiġġustifika.”