Lokali

Raġel jinqatel minn barri f’razzett fil-Gudja

Niġerjan ta’ 54 sena tilef ħajtu wara li kien attakkat minn barri f’razzett fil-Gudja.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9pm tal-Ħamis filgħaxija fi Triq Ħal Tarxien, fil-Gudja, hekk kif waqt li r-raġel kien qed jaħdem fil-post fejn jinżammu l-bhejjem, huwa spiċċa attakkat minn barri.

Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, madanakollu sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Antoine Agius Bonnici li ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.