Sport

Rebħa importanti għal Roma

Udinese 1       Roma    2

Roma ħarġu rebbieħa meta kompliet il-partita li kienet intlagħbet fl-14 ta’ April u li kienet sospiża fit-72 minuta wara li l-pejer ta’ Roma Evan Ndicka kien ikkollassa. Sa dak il-ħin, l-iskor kien 1 – 1 wara li Pereyra kien skorja għal Udinese fit-23 minuta u Romelu Lukaku kien għamel l-iskor 1 – 1 fl-64 minuta

Meta kompliet il-partita, ingħataw xejn anqas minn 18-il minuta żieda fuq id-90 minuta mir-referee Luca Pairetto li inkludew wkoll dawk tal-ewwel partita.

Filwaqt li Roma kellhom xejn anqas minn 75 fil-mija pussess f’mument meta kollox deher li se tintemm 1 – 1, fl-aħħar azzjoni tal-partita l-aħħar cross minn Paulo Dybala kien BRYAN CRISTANTE li bir-ras għeleb lil Meduka Okoye.

Din hi rebħa importanti għal Roma fit-tentattiv li jidħlu fil-grupp ta’ fuq fil-klassifika għal eventwali partecipazzjoni fil-UEFA Champions League.