Internazzjonali

Spanja: Jista’ jirriżenja minn Prim Ministru mit-Tnejn, fost il-proċeduri kontra martu għall-korruzzjoni

(Ritratt: The Olive Press.com)

Numru akbar ta’ Spanjoli qed jesiġu għar-riżenja tal-Prim Ministru Soċjalista Pedro Sanchez wara li nfetħu l-proċeduri legali kontra martu, Begoña Gómez, għal allegata korruzzjoni.

L-aħħar rapporti minn Madrid qalu li Sanchez qed jikkunsidra li jirriżenja b’mod uffiċjali – u meta wieħed irid jistenna sa nhar it-Tnejn biex ikun jaf id-deċiżjoni finali tiegħu.

L-osservaturi jemmnu li jkun xieraq li Sanchez iwarrab mill-poter minħabba d-dell tqil li jinsab taħtu – u meta l-Prim Ministru stess kkonferma li hu, fl-aħħar jiem, kien qed jirrifletti fuq il-futur tiegħu….Sitwazzjoni li tefgħet lll Spanja f’baħar ta’ inċertezza politika.

Fl-istess ħin, Pedro Sanchez qed jinsisti li l-akkużi ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ martu huma kollha ‘qlajjiet bla bażi’ – anki jekk l-l-allegazzjonijiet partikulari kienu ammessi għall-proċess tal-qorti f’Madrid.

Pedro Sanchez qed jgħid li l-allegazzjonijet ta’ korruzzjoni kontra l-familja tiegħu huma vvintati bħala parti minn kampanja ta’ ‘persekuzzjoni u malafama’ min-naħa tal-avversarji politiċi tiegħu u tas-Soċjalisti fil-Gvern.

Intant, Pedro Sanchez jibqa’ fost l-aktar personalitajiet politiċi diviżivi fi Spanja u meta kwalunkwe deċiżjoni tal-Gvern ilha tirrifletti direttament fuqu f’għajnejn l-elettorat. Fl-istess ħin ma jidhirx li hemm xi kandidati alternattivi ‘validi’ biex jieħdu l-inkarigu ta’ Prim Ministru f’każ li Sanchez tassew jikkonferma r-riżenja fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla.