Elezzjonijiet 2024 Lokali Unjoni Ewropea

Anke Cyrus Engerer jagħżel li ma jkunx kandidat mal-Partit Laburista

F’Malta jeħtieġ standards. Ħafna nies qed iħossuhom orfni mill-politika.

Hekk iddikjara l-MEP Laburista Cyrus Engerer li uffiċjalment ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li mhux se jerġa’ jikkontesta għall-Parlament Ewropew.

Cyrus Engerer għażel li ma jkunx kandidat mal-Partit Laburista għaliex stqarr li hu stess qed jisma’ l-karba ta’ ħafna nies “li qegħdin iħossuhom orfni fis-sistema politika ta’ pajjiżna. Għal din ir-raġuni u għaliex nemmen li lkoll kemm aħna jistħoqqilna aħjar, m’iniex se nieqaf hawn.”

Engerer insista li jrid jara Malta “fejn tant kemm ikollna saħħitna għal qalbna, li nagħmlu ambjent san, id-dritt fundamentali tagħna lkoll; Malta ta’ opportunitajiet indaqs għal kulħadd; Malta b’governanza nadifa u trasparenti; Malta li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-inkjesti publiċi wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-mewt ta’ Jean Paul Sofia; Malta b’ sistema elettorali u parlament rappreżentattiv ta’ kulħadd; Malta b’sehem attiv madwar id-dinja fejn ma nħarsux lejn iċ-ċokon tagħna bħala limitazzjoni, iżda bħala opportunità kbira; Malta li fuq kollox ikollha ġlieda dejjiema favur iż-żgħir.”