Lokali

Anzjana ta’ 72 sena salvata mir-residenza tagħha li nħakment min-nirien

Mara ta’ 72 sena ġiet salvata min-nirien li ħakmu d-dar tagħha kaġun ta’ xemgħa.

Il-Każ seħħ il-Ħamis li għadda, għal xil- 17:30, fi Triq Raymond Caruana, il-Gudja, fejn il-Pulizija innutaw duħħan ħiereġ minn residenza li fiha kien hemm persuna.

Il-pulizija daħlu fid-dar, telgħu fis-sular ta’ fuq u hemmhekk sabu mara, li għandha 72 sena fi stat ta’ paniku, li ma kinitx konxja li qiegħda f’periklu kbir kawża tad-duħħan qawwi li kien hemm.

L-anzjana, li viżibbilment kienet tidher belgħet id-duħħan, inħarġet mid-dar mill-Pulizija u wara ingħatat l-assistenza medika minn membri tal-emerġenza ta’ Mater Dei.

Ftit mumenti wara waslu fuq il-post il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien, li jidher li kien ikkawżat minn xemgħa.