L-għaqda mużikali Immakulata Kunċizzjoni ser tagħmel l-ewwel attivita barra minn xtutna f’għeluq il-45 sena mit-twaqqif tagħha. Din il-mawra f’Lourdes ser tkun bejn is-27 t’April u l-1 ta’ Mejju.
Din il-mawra ser taħbat ukoll mal-170 sena minn meta l-Papa Pio IX fl-1854 iddikjara d-domma tal-Immakulata Kunċizzjoni. Erba’ snin wara biss il-Madonna stess ikkonfermat li hija l-Immakulata Kunċizzjoni waqt l-apparizzjoni fil-grotta ta’ Lourdes.
Għaldaqstant l-għaqda mużikali Immakulata Kunċizzjoni ser ikollha diversi opportunitijiet fejn iddoqq matul din il-mawra fosthom fil-grotta fejn fit-30 t’ April ser ikun hemm quddiesa bil-Malti mill-kappillan Fr Franco. Ser jkun hemm ukoll quddiesa internazzjonali fejn hemmhekk il-banda ser iddoqq darbtejn.
Għal din l-okkażżjoni tħejja wkoll programm mużikali li ser isir fil-knisja ta’ San Ġuzepp f’Lourdes.
Attivtajiet oħra li ser jieħdu sehem fihom huma l-Aux Flambeaux fejn membri mill-għaqda ser jerfgħu l-Madonna waqt il-purċissjoni u anke ser tingħad it-talba tar-rużarju.
Ser ssir żjara wkoll f’postijiet marbutin mat-trobbija ta’ Santa Bernadette Soubioru.
//= $special ?>