“Nixtieq ngħid lit-tfal li l-poplu Malti u Għawdxi ħa jkun magħkom kif dejjem kien u jiena konvinta li l-poplu ħa jkompli jgħin biex bil-fondi miġbura jinxtara l-apparat neċċessarju għat-tfal li jbagħtu minn kundizzjonijiet differenti”.
Kien dan il-messaġġ li wasslet l-President Emeritus Marie-Louise Coleir Preca ftit qabel ma ingħata bidu għal maratona bl-isem ‘Għat-Tfal Kollha Kollha Kollha’. Maratona ta’ 12-il siegħa organizzata minn ‘The Malta Trust Foundation ‘.
Għal sena’ oħra l-għan ta’ din il-maratona huwa li tipprovdi apparat apposta li litteralment ibidel il-ħajja ta’ tfal.
Il-Malta Trust Foundation, twaqqfet fl-2015 mill-Eċċellenza Tagħha, Marie-Louise Coleiro Preca, bil-għan li tgħin u tagħti sapport lil individwi li għadhom żgħar fl-età li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet partikolari.
Matul din il-maratona li bdiet f’nofsinhar se tkun qed tintwera il-ħidma li tagħmel il-Malta Trust Foundation kif ukoll diversi intervisti emozzjonanti ma’ tfal li bbenefikaw minn din il-fondazzjoni. Intervisti li huma prova ċara ta’ kemm din il-maratona għenet lil dawn it-tfal permess ta’ apparat li biddlilhom ħajjithom.
Il-maratona qed tixxandar fuq l-istazzjonijiet ewlenin kollha fosthom Net Television
//= $special ?>