Lokali

Il-Ministru Owen Bonnici jgħid li ma jaqbilx mal-Kamra tal-Kummerċ

Ma naqbilx assolutament ma’ dak li qalet il-Kamra tal-Kummerċ dwar il-maħfra presidenzjali li ingħatat lil min inqabad jibbenefika mir-racket tal-benefiċċji soċjali.

Dikjarazzjoni ċara li fiha l-Ministru Owen Bonicci qal li proklama hija bżonjuża dan minkejja li Roger Agius wieħed mill-persuni li qed jiġu akkużati fl-allegat serq mill-benefiċċji sċjali ilu jiem jappella biex jingħata l-istatutus ta’ whistle blower u baqa’ jiġi injurat.

Intant mistoqsi jekk hu bħala Ministru qattx iddirezzjona nies għand Silvio Grxti, Owen Bonnici b’mod mill-aktar skomdu wieġeb li le, pero ma setgħax jgħid l-istess għal kumplament tal-Kabinett ta’ Robert Abela

Aktar kmieni din il-ġimgħa Roger Agius l-eks xuffier ta’ Andy Ellul fost ħafna dikjarazzjonijiet li gaħmel fuq il-media soċjali qal li membri preżenti fil-Kabinett ta’ Robert Abela kienu għaddew ismijiet lil Grixti għax dawn kienu jgħinu fil-kampanja elettorali u fil-coffee mornings fost oħrajn.

Għalhekk quddiem dawn l-allegazzjonijiet kollha Net News stqasa lil Ministru Owen Bonnici kif ħadd mill-kabinet mhu qed jiċħad dawn l-akkużi serji, bil-Ministru jgħid li din hija spin tal-Partit Nazzjonalista.

 It-Tlieta Roger Agius kien qal li hemm allegatament konfofa li kienet fis-seħħ bis-sehem ta’ diversi persuni inkluż, uffiċjali politiċi bil-kompliċita ta’ membri tal-kabinett sa mill-2019.