Futbol Sport

Liverpool jiddiżappuntaw kontra West Ham… Prattikament barra mit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat

Ritratt: EPA

Mill-Premier League Liverpool prattikament inqatħgu mit-taqtigħa għar-rebħ tal-kampjonat bi draw ta’ 2-2 barra minn darhom għand West Ham, liema riżutlat ma ssodisfa lill-ebda tim, b’West Ham ifittxu li jagħmluha fil-postijiet tal-Ewropa. West Ham marru fil-vantaġġ fit-43 minuta meta minn cross ta’ Mohammed Kudus kien Jarrod Bowen li għola fuq kulħadd u bir-ras xeħet wara Alisson għal 1-0. Fit-tieni taqsima risposta immedjata minn Liverpool b’Andy Robertson jikseb id-draw fit-48 minuta. Liverpool marru fil-vantaġġ minn awto-gowl ta’ Alphonse Areola wara konfużjoni fil-kaxxa iż-żgħira, qabel kien Michail Antonio li fis-77 mintua kiseb il-gowl tad-draw għal West Ham.

PREMIER LEAGUE

Illum: West Ham v Liverpool 2-2, Fulham v C’Palace 1-1, Man Utd v Burnley 1-1, Newcastle v Sheff. Utd 5-1, Wolves v Luton 2-1, Everton v Brentford 1-0, Aston Villa v Chelsea 2-2
Għada: Bournemouth v Brighton 3.00pm, Tottenham v Arsenal 3.00pm, Nott Forest v Man City 5.30pm