Futbol Sport

Marsaxlokk jegħlbu lil Hibernians u jaċċertaw mir-raba’ post

Ritratt: Catriel Farrugia

HIBERNIANS …….. 0

MARSAXLOKK …. 2

Hibernians: H.Sacco, F.Apap, K.Shaw, J.Degabriele, Z.Grech, A.De Souza, G.Artiles, C.Bonanni, G.Bastianos, A.Antwi, G.Fernandes

Marsaxlokk: M.Calleja Cremona, W.Soares, K.Micallef, N.Muscat, Y.Messias, D.Bonnici, L.Aguirre, N.Raden, R.Scicluna, J.Gomes, A.Obongwu

Referee: G.Tonna,

Assistenti Referee: D.Sultana, M.Muscat

Fit-Tony Bezzina Stadium Marsaxlokk aċċertaw ruħhom mir-raba’ post b’rebħa ta’ 2-0 fuq Hibernians. Marsaxlokk fetħu l-iskor fit-53 minuta meta minn azzjoni maħduma tajjeb kien Karl Micallef li kkonkluda wara Hugo Sacco għal 1-0. Marsaxlokk għamluhom tnejn fil-ħin mogħti żejjed meta Jacob Walker twaqqa’ fil-kaxxa bir-referee jasenjala penalty. Mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Nikolai Muscat li ma żbaljax għal skor finali ta’ 2-0.