Lokali

“Nagħtu vuċi b’saħħitha lir-residenti” – Bernard Grech

Ma taqta’ xejn il-ħidma minn naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, hekk kif il-Ġimgħa qatta’ ġurnata sħiħa qalb ir-residenti tal-Qawra u San Pawl il-Baħar. U filgħaxija temm il-ġurnata b’attività soċjali organizzata mill-Kumitat sezzjonali tal-loklaità fil-Każin tal-PN ta’ San Pawl il-Baħar – ħidma li hija parti mill-programm ta’ attivitajiet bi tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li se jsiru fit-8 ta’ Ġunju.  

Waqt din l-attività soċjali, fejn għaliha attendew numru kbir ta’ tesserati u attivisti tal-Partit Nazzjonalista, ġiet inawgurata s-sala tal-Każin tal-PN li ġiet ddedikata propju lill-eks Ministru Ċensu Galea; inawgurazzjoni li saret mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, flimkien mal-President tal-Kumitat sezzjonali tal-Lokalità Clayton Tanti Greograci.

Fl-istess attività soċjali, ġie inawgurat xogħol ta’ tisbieħ fil-każin tal-PN ta’ San Pawl il-Baħar.

Minn naħa tiegħu, il-kap tal-PN Bernard Grech tkellem dwar l-importanża tal-vot fit-8 ta Ġunju li ġej …. sabiex f’San Pawl il-Baħar issir il-bidla li hemm bżonn, għall-ġid tar-residenti. U l-lokalita titmexxa mill-ġdid  minn Kunsill b’maġġoranża Nazzjonalista wara ħames snin ta’ telqa taħt amministrazzjoni laburista.

Intant, qabel din l-attività, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar diversi għaqdiet fosthom is-Sirens Waterpolo Club kif ukoll il-Boċċi Club ta’ Buġibba – żewġ proġetti li saru taħt ammistrazzjoni imexxija minn Kunsill Lokali b’maġġornana Nazzjonalista.  

Preżenti għal dawn l-attivitajiet li saru tul il-jum tal-Ġimgħa kien hemm il-Viċi kap tal-PN Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenarali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, id-deputati tad-distrett, kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif ukoll kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-lokalità.