Sport Waterpolo

Sirens waħedhom fit-tieni post

(Ritratt: Joseph Galea)

Stewart Said

NEPTUNES VIDEOSLOTS……… 7

SIRENS…………………………… 10

(2-3), (3-3), (1-2), (1-2)

Sirens jinsabu waħedhom fit-tieni post u l-uniku tim li potenzjalment għadu jista’ jilħaq lil San Ġiljan fil-klassifika. Rebħa f’logħba bilanċjata u missielta iżda li fiha Sirens qatt ma kienu minn taħt għajr mument żgħir.

Neptunes kienu kostretti jwieġbu għall-gowls tal-avversarji fi tliet okkażjonijiet sakemm marru minn fuq għall-ewwel darba b’gowl ta’ Mark Castillo lejn nofs it-tieni sessjoni. Wara li Sirens dawru r-riżultat favur tagħhom, Neptunes reġgħu għamlu l-iskor fil-bidu tat-tielet sessjoni iżda gowls ta’ Gianni Farrugia u Jake Cachia taw vantaġġ doppju lil Sirens qabel l-aħħar sessjoni.

Fl-aħħar sessjoni li kienet deċiżiva, Sirens ħadu vantaġġ minn żewġ okkażjonijiet ta’ superjorità numerika, skorjaw permezz ta’ Ken Erdogan u Matthias Azzopardi biex għalqu l-logħba.

Neptunes: A. Borg Cole, S. Gialanze (1), G. Pace (2), L. Mallia (1), D. Bugeja, M. Castillo (1), J. Camilleri, R. Galea, J. Bajada (1), J. Valletta (1), E. Mallia, M. Brimmer

Sirens: M. Bonello DuPuis, J. Falzon, K. Erdogan (1), P. Borg, J. Cachia (3), K. Agius, M. Chircop, I. Riolo (1), J. Zerafa Gregory, G. Farrugia (1), M. Sciberras, M. Azzopardi (4), I. Schembri, M. Ortoleva

Referees: Max Gerasimov, Peter Balzan

SAN ĠILJAN JP PROJECTS…… 21

VALLETTA IZIBET……………….. 6

(7-1), (4-1), (6-3), (4-1)

San Ġiljan JP Projects żammew mal-aspettattiva, kisbu t-tliet punti u baqgħu waħedhom fil-quċċata. Valletta fuq in-naħa l-oħra kienu wkoll limitati b’10 plejers għad-dispożizzjoni, għalkemm ftit setgħu jagħmlu kontra l-qawwa tal-avversarji.

Il-captain Ġiljaniż Matthew Zammit skorja tripletta fl-ewwel nofs tal-ewwel sessjoni u ta direzzjoni lejn id-destin tal-logħba, b’San Ġiljan temmew is-sessjoni b’vantaġġ kbir ta’ 7-1. Max Zammit naqqas id-distakk fit-tieni sessjoni sakemm erba’ gowls fit-tieni parti tat-tieni sessjoni kabbru l-vantaġġ għal 11-2.

Valletta pruvaw jillimitaw id-danni fit-tieni parti tal-logħba, bil-kowċ ta’ San Ġiljan Zeljko Kovacic ikompli bir-rotazzjoni fit-tim. Fl-aħħar sessjoni spikka ż-żagħżugħ Nathan Bonavia, awtur ta’ tripletta.

San Ġiljan: G. Borg, N. Bugelli (1), A. Galea (2), G. Bonavia, R. Caruana (2), M. Zammit (4), J. Bonavia (1), D. Tully (3), J. Abela (2), N. Bonavia (4), D. Zammit (2), N. Schiavone, M. Grech, S. Cutajar

Valletta: B. Busuttil, M. Mifsud (3), M. Demarco, S. Busuttil, K. Borg (1), M. Zammit (1), S. Micallef, A. Agius, A. Bugeja, C. Mercieca (1)

Referees: Massimo Angileri, Alex de Raffaele

TA’ XBIEX AMIGOS………….. 14

OTTERS NIVEA……………….. 7

(3-1), (3-1), (3-2), (5-3)

Minkejja li kienu bi skwadra limitata minħabba plejers indisponibbli minħabba eżamijiet akkademiċi, Ta’ Xbiex Amigos irnexxielhom xorta jiksbu t-tliet punti mill-konfront kontra Otters. Żewġ gowls lejn nofs l-ewwel sessjoni taw lil Ta’ Xbiex vantaġġ bikri ta’ 5-1 li spiċċaw biex wittew it-triq għar-rebħa.

Doppjetta ta’ Jacob Saliba fil-bidu tat-tielet sessjoni kabbret il-vantaġġ għal 8-2 u għamilitha diffiċli għal Otters biex jirkupraw. Fit-tieni parti tal-logħba, Ta’ Xbiex kellhom l-opportunità li jkabbru r-rebħa b’doppjetta ta’ Luke Grech Carr fl-aħħar sessjoni tispikka fost l-oħrajn.

Ta’ Xbiex: A. Theuma, J. Farrugia (4), D. Dowling, L. Grech Carr (4), M. Soler (1), J. Saliba (4), M. Naudi, J. Micallef (1), Z. Bartolo

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Scicluna, K. Calleja, M. Meli, D. Dimech, I. Azzopardi (2), S. Dimech (2), T.J. Mifsud (1), T. Milne, M. Farrugia (1), G. Gatt Ellis, J. Zammit (1)

Referees: Ronnie Spiteri, Juana Cauchi