Futbol Sport

Sliema Wanderers lura fl-Ewropa b’rebħa kbira fuq Gudja

GUDJA UTD. …………….. 0
SLIEMA W. ……………… 6

Gudja Utd: J.Spiteri, J.Cutajar, S.Attard, J.Quintero, M.Conti, L.Gatt, R.Nanitelamio, Z.Grech, A.Friggieri, G.Ime, G.Zammit
Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, J.Minala, V.Plut, S.Gomes, M.Beerman, J.Arthur, G.Alcino, D.Kouao, G.Acheampong, M.Awad
Referee: D.Agius
Assistenti Referees: A.Camilleri, D.Castillo

Fit-Tony Bezzina Stadium Sliema Wanderers ikkonfermaw posthom fl-Ewropa b’rebħa dominanti ta’ 6-0 fuq Gudja Utd. Sliema fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta Samuel Gomes mill-ħdax-il metru ma żbaljax. Huma rdoppjaw minuta wara meta kien Awad li avvanza u xeħet fix-xibka għal 2-0. It-tielet gowl għal Sliema wasal fis-19-il mintua permezz ta’ Joseph Minala, Vito Plut jagħmilhom erba’ ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima. Sliema skorjaw il-ħames gowl tagħhom fil-50 minuta meta kien Myles Beerman li din id-darba mill-ħfax-il metru xeħet fix-xibka għal 5-0. Sliema għamluhom sitta’ fis-57 minuta bil-gowl jasal minn Acheampong.