Illum, għall-ħabta tat-tmienja u kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq D’Argens, l-Imsida.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn mutur tas-servizz tal-LESA misjuq minn Uffiċjal tal-LESA, mara ta’ 48 sena u Opel Astra misjuqa minn raġel mill-Italja ta’ 58 sena.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ
