Futbol Sport

Draw t’erba’ gowls bejn Birkirkara u Sirens

BIRKIRKARA……………………..2

SIRENS………………………………2

Birkirkara: M.Zapytowski, P.Mbong , E.Pepe, A.Zammit ( A.Ciolacu 68’), E.Sarpong (N.Micallef 73’) , K.Zammit , A.Satariano (M.Maia 68’) , A.Coppola, N.Cross , S.Zibo, A.Diakite ( A.Queiroz 82’).

Sirens: I.Akpan , P.O.Boakye, N.Pulis, H.Panayiotou (B.Asare 63’), D.Murillo,K.Ntampizas, K.Muscat ( O.Ilic 80’), D.Agius , M.Akadom (G.Martins 63’), K.Donso, D.Jackson

Referee : Ezekiel Barbara

F’partita mingħajr storja, Birkirkara u Sirens temmew fi draw ta’ 2-2. Kienu Birkirkara li marru fil-vantaġġ wara ħames minuti permezz ta’ Paul Mbong. Sirens ġabu l-iskor indaqs fis-37 minuta permezz ta’ Degran Jackson.

L-istripes fil-vantaġġ fil-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ Simon Zibo. Sirens salvaw il-partita fl-aħħar ħinijiet b’gowl ta’ Kwasi Donsu.