Fid-diskors tiegħu il-Ħadd filgħodu fid-Dar Ċentrali, l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Lee Bugeja Bartolo beda billi semma r-reazzjoni ta’ diżappunt tal-Kamra tal-Kummerċ lejn id-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jagħti maħfra presidenzjali lill-dawk li bbenefikaw mill-iskema tal-benefiċċji soċjali.
Hu fakkar kif persuni differenti se jkollom opinjonijiet u ħsibijiet differenti, iżda bniedem irid idawwar lilu nnifsu b’persuni oħrajn li għandhom ideoloġiji u valuri simili – xi ħaġa li naraw b’mod frekwenti fis-soċjeta Maltija, fosthom waqt il-festi, sport, baned, u l-kultura, fost aspetti oħrajn.
Bugeja Bartolo sostna li waqt li jagħmel il-house visits, hu jħobb jistaqsi lin-nies dwar xi jħossu u jaħsbu dwar l-ambjent politiku f’Malta, u staqrr li qed jiżdied element partikolari f’dak li jgħidulu – li l-Maltin qed jitilfu l-valuri tagħhom, u qed jitilfu s-sens ta’ dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin.
Hu sostna li dan hu element profond u allarmanti li jolqot kull sfera tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. M’hemmx kotba jew websites li jgħallmu lil xi ħadd x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Il-valuri jgħaddu bejn il-ġenerazzjonijiet bil-mod tat-trobbija tat-tfal, kif mmorru ma’ xulxin, u skont kif aħna nkunu parti mill-kommunita.
Lee Bugeja Bartolo sostna li hemm bżonn nagħtu tama għal futur u nkunu pożittivi, filwaqt li xorta nikkritikaw b’mod kostruttiv fejn ikun hemm bżonn. Temm billi stqarr li hemm bżonn nħarsu lejn il-mera u naraw fejn qegħdin nonqsu, fejn irridu ntejjbu, u fejn se naslu jekk nibqgħu fuq it-triq li sejrin fiha.
//= $special ?>