Lokali

Il-Forzi Armati ta’ Malta tħeġġeġ lill-pubbliku biex isegwu t-twissijiet tat-temp

Aktar kmieni dalgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta rċevew sejħa għall-għajnuna, hekk kif 2 persuni sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar f’Wied iż-Żurrieq u li kellhom bżonn l-assistenza.

Iċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni tas-Salvataġġ ta’ Malta immedjatament bagħat helicopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, li salvaw il-persuni b’suċċess.

Huma ngħataw iżjed assistenza minn tim mediku.

Il-Forzi Armati ta’ Malta tħeġġeġ lill-pubbliku ġenerali biex jiżgura s-sigurtà tiegħu, u jsegwi kwalunkwe twissijiet tat-temp maħruġa.