“Il-ħidma fil-Parlament Ewropew trid issir bl-għarfien, bil-għaqal u b’enerġija ġdida b’tim tal-Partit Nazzjonalista u tal-Partit Popolari Ewropew” Dan kien il-qofol tal-messaġġ tal-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Peter Agius waqt id-diskors tiegħu fid-Dar Ċentrali l-Ħadd filgħodu.
Peter Agius sostna li bħala tim ta’ kandidati li se jikkontestaw l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Ġunju f’isem il-Partit Nazzjonalista, huma lesti jaħdmu bħala tim wieħed maqgħud sabiex jiksbu iktar għal Malta u l-Maltin.
Hu sostna li fil-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew hu se jkun ġenwin mal-poplu. Agius mhux se jagħmel bħal Prim Ministru Robert Abela u jivvota favur dak li jikkritika f’Malta, jew bħal Cyrus Engerer li jikkundanna lil Malta għax Malta favur il-ħajja, u f’Brussell jiġbor il-firem għall-abort. Kompla sostna li mhux se jagħmel bħal ħafna Ministri tal-Gvern Laburista li jivvotaw favur liġijiet Ewropej fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mbad jmaqdru f’Malta dak li filfatt ikunu vvutaw favurih fl-istess Kunsill.
Peter Agius sostna li rridu naħdmu flimkien biex nagħtu tama ġdida lil dan il-pajjiż, sabiex nagħtu tama liż-żagħżagħ tagħna, li 80% minnhom qed jgħidu li xebgħu Malta u jridu jitilqu. Dan jista jsir biss bl-appoġġ tal-poplu, li bih fit-8 ta’ Ġunju l-Partit Nazzjonalista jista jirbaħ it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropej, kif ukoll jirbħu lura numru ta’ Kunsilli Lokali.
//= $special ?>