Futbol Sport

Inter ikomplu biċ-ċelebrazzjonijiet, draw għal Roma u Bologna

(Ritratt: EPA)

Inter komplew biċ-ċelebrazzjonijet tar-rebħ tal-20 kampjonat meta f’darhom għelbu lil Torino 2-0. Il-gowls ta’ Inter kienu skorjat permezz ta’ doppjetta ta’ Hakan Calhanoglu

Bologna temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Udinese. Udinese kienu fil-vantaġġ qabel il-mistireħ permezz ta’ Martin Payero. Bologna ġabu l-iskor indaqs fit-78 minuta permezz ta’ Alexis Saelemaekers.

Roma naqsu milli japprofittaw miż-żelqa ta’ Bologna meta kienu miżmuma fi draw ta’ 2-2 kontra Napoli. Paulo Dybala poġġa lil Roma fil-vantaġġ permezz ta’ penalty qabel ma’ Mathias Olivera għamel l-iskor 1-1. Fl-84 minuta Napoli marru fil-vantaġġ permezz ta’ Victor Osimhen. Tammy Abraham ġab l-iskor indaqs lejn it-tmiem għal skor finali ta’ 2-2.

SERIE A

Inter v Torino 2-0, Napoli v Roma 2-2, Bologna v Udinese 1-1, Atalanta v Empoli 2-0, Fiorentina v Sassuolo 5-1.